top of page

Dwarna

Daniel, Emmanuel u Luke. Belti, Karkariż, u Qormi. Pawlin, Elenjan u Ġorġjan. Iżda b’imħabba komuni. Il-Festi.

Daniel trabba qisu mejda tal-qubbajt jiġri ma missieru minn festa għall-oħra. Ovjament sa minn żgħir kien devot kbir ta’ San Pawl, u f’żgħożitu involva ruħu fil-Fergħa Żgħażagħ Pawlini tal-Belt kif ukoll fis-Soc. Fil. Naz La Valette. Daniel huwa wkoll reffiegħ tal-vari, delizzju li wirtu minn familjari tiegħu.

 

Emmanuel qatt ma kien involut direttament fil-festi, imma dejjem għaraf japprezza x-xogħol li jeħtieġ sabiex tittella festa. Tista tgħid ukoll li Emmanuel, fi żmien il-festi ifittex sabiex kull ġimgħa jattendi xi festa differenti, speċjalment jekk ser isir xi spettaklu tajjeb tal-logħob tan-nar tal-art u l-ajru.

 

Luke ukoll kien dilettant tal-festi sa minn ċkunitu. Huwa wkoll fratell fil-fratellanza ta’ San Mikiel, tal-Kolleġġjata ta’ San Ġorġ Martri. Għalkemm mhux involut direttament fil-festa, Luke jagħmel parti mill-Kumitat tal- Ġimgħa l-Kbira tal-istess Parroċċa ta’ San Ġorġ. Bħal Daniel, Luke ukoll huwa reffiegħ.

L-għan ta’ Daniel, Emmanuel u Luke, huwa li permezz ta’ artikli, ritratti, intervisti u memorji, napprezzaw aktar il-festi, u il- voluntiera li jissagrifikaw ħafna mill-ħin tagħhom, sabiex iżommu ħajja din il-kultura tant sabieħa tal-Festi Maltin.  

Cultural © 2021 Daniel Mangion. Proudly created with Wix.com

bottom of page