Gregorju u Knisja tiegħu f' ta' Sliema
- Daniel Mangion
- Mar 3, 2022
- 2 min read
Ikolli ngħid li l-mawriet tiegħi ġewwa din il-knisja mhux dejjem kienu sbieħ, anzi nazzarda ngħid li l-ewwel żewġ viżti tiegħi kienu żewġ funeral. Pero din il-knisja ġagħlitni nsir naf fuqha, forsi minħabba l-fatt li lili jgħoġobni l-istil modern fil-knejjes. Tkellimna ma’ Dun Victor Scicluna, li hu l-Kappillan ta’ din il-parroċċa. Ovvjament bdejna l-intervista qasira billi saqsejtu fuq kif bdiet tinbena din il-knisja, fiż-żmien xejn faċli għal pajjiżna.

“L-istorja tal-knisja tibda mis-sena 1923 meta saret l-ewwel ġebla. Għal xi żmien waqfet mill-bini għax kien ittieħed wisq żmien u spejjeż biex jinstabu l-pedamenti. Fis-snin tletin tkompliet u tlestiet fl-1940 u saret parroċċa mill-isqof Mawro Caruana. It-tagħmir tal-knisja kien fil-ħsieb tal-ewwel kappillan Dun Karm Farrugia. Il-knisja baqgħet tinżamm fi stat li jaqbel mal-arkitettura tagħha, b’pitturi kollha mill-istess artist Eliodoro Coccoli.”
Minħabba li l-paġna tagħna tagħti spazju għal festi Maltin, dawwart is-suġġett fuq il-festa li ssir fil-parroċċa. Hawn xi nies li l-idea tagħhom tal-festi ġewwa tas-Sliema hu kemmxejn differenti, mhux biss mil-lat estern imam dak intern. Pero mhux il-każ! U dan għaliex fil-knisja kollox jintrema bħal ħafna parroċċi oħra. Fil-festa ukoll jagħmlu ġest sabiħ, tant li nħeġġeġ biex festi oħra jagħmlu l-istess.
“Ovvjament fil-festa noħorġu l-istatwa, inżejnu l-knisja bil-fjuri, u l-funzjonijiet tat-tridu, traslazzjoni, quddiesa solenni u purċissjoni. Fil-festa nagħmlu ġest ta’ solidarjeta’ differenti kull sena.”
Imma l-festa sar xi ħaġa tal-kultura biss? X’qiegħed isir biex wara kollox il-knisja ġewwa Tas-Sliema ssemma’ leħinha minkejja d-diffikultajiet kemmxejn differenti mil-bqija ta’ Malta u Għawdex.
“Il-fidi nisranija nippruvaw insaħħuha billi nħeġġu nies jattendu l-knisja, inħeġġuhom lejn l-għaqdiet, bdejna dis-sena grupp ġdid għall-istudju tal-Bibbja, adorazzjonijiet u ħafna affarijiet oħra.”

Bħal kull knisja oħra, hemm ħafna proġetti maħsubin biex isiru. L-ispejjeż mhumiex ftit u minħabba l-pandemija xi proġetti setgħu ħadu daqqa minħabba l-finanzi. Imma proġett ma jfissirx wieħed materjali biss! Anzi, fi kliem Dun Victor stess, il-proġett li hu fuq quddiem nett fil-lista tagħhom hu propjament aċċess itwal għal dawk li jixtiequ jżuru lil Ġesu Ewkaristija!
“Il-proġetti prinċipali huma: (1) li naghmlu l-knisja miftuha kuljum matul il-gurnata ghall-adorazzjoni (2) manutenzjoni ta’ affarijiet fil-knisja (saqaf, tindif ta’ statwi, restawr ta’ pittura (3) manutenzjoni ta’ xi affarijiet fic-centru parrokkjali.”
Ħafna llum iħossu li l-knisja f’Malta naqset ħafna fl-importanza tagħha u saħansitra hem min jgħid li l-futur għal fidi Nisranija mhuwiex daqstant sabiħ… Teżisti saħansitra biża’ li l-festi interni għad jitilfu l-valur tagħhom. Imma jiena u oħrajn bħali nemmnu li l-għan prinċipali tal-festa huma prinċiparjament il-festi interni! Huma l-qofol taċ-ċelebrazzjoni u anke jekk l-attendenza tonqos, l-iskop ta’ dawn il-funzjonijiet, kienet, għadha u tibqa’ importanti!
“Il-fidi nisranija u kwalunkwe fidi anki ta’ religjonijiet ohra huma nezlin ‘l isfel ghar-raguni li n-nies qed jikbru fil-materjalizmu, u l-materjalizmu ibeghdna mir-religjon vera, dik li tkun ibbazata fuq hwejjeg spiritwali. Il-materjalizmu kultant jigi mill-istess affarjiet materjali tar-religjon meta wiehed jaghtihom iktar importanza mill-affarjiet spiritwali. Il-festi interni iva baqaghlhom skop sakemm jibqghu spiritwali.”

댓글