top of page
Search

id-dimonju tal-Pinzell

  • Writer: Daniel Mangion
    Daniel Mangion
  • Aug 25, 2021
  • 1 min read

Dawk li bħali huma dilettanti tal-festi u l-knejjes Maltin, kapaċi jagħrfu pittura ta’ Giuseppe Calì minn seba’ mili 'l boghod. Ngħid għalija ma nixba qatt inħares lejn l-Apoteosi ta’ San Frangisk, fil-Knisja tal-Frangiskani il-Belt Valletta. Izda mhux biss il-kapacita u l-virtwożità ta’ dan l-artist Malti tikxef lilha nnfisha wkoll fil-kwadru ta’ San Duminku, fil-Knisja ta’ Porto Salvo, il-Belt Valletta, kif ukoll it-Tre Rome u Natività fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Luqa, fost oħrajn.

Imma min kien Giuseppe Calì?


Giuseppe twieled fl-14 t’Awwissu 1846, u ġie mgħammed fil-Knisja ta’ Porto Salvo, il-Belt Valletta. Missieru u Ommu, kienu Raffaele u Giovanna, Naplitani, li kienu jaħdmu fit-teatru. Dan it-tip ta’ ambjent id-dar, kif ukoll anke għall-fatt li fost il-familjari tiegħu kien hemm ukoll żewġ artisti, xegħel fih l-imħabba għall-arti. Sa minn meta kien żghir, Calì wera potenzjal kbir, tant li ta’ sbatax-il sena mar jistudja l-arti taħt in-Neo Klassiku Giuseppe Mancinelli, f’Napli. Fl-1871, iżżewweġ lil Perennia, u kellu għaxart itfal, fosthom, Ramiro Calì, li kien ukoll pittur.


Kif reġa' ġie lura Malta, Calì beda jiġi kkummissjonat għal diversi xogħlijiet tal-arti fi djar privati. Minħabba l-kwalità għolja tax-xogħol tiegħu, il-ħeffa u l-kilba li kellu għax-xogħol, Calì ma damx ma ħa l-fama kbira hawn Malta, tant li ġie mlaqqam “id-dimonju tal-Pin


zell”. L-ewwel xogħol li ġie kkummissjonat għalih Calì, fil-knejjes Maltin kien dak intitolat “Il-Verġni tar-Rużarju” li nħadem għall-Knisja parrokjali tal-Mosta. Din il-biċċa xogħol intlaqa' tajjeb ħafna tant li llum huma hafna dawk il-knejjes Maltin li għandom il-privileġġ igawdu xi kapolavur ta’ Giuseppe Calì.


Calì jibqa' mfakkar ukoll bħala l-fundatur tal-iskola moderna tal-arti Maltija.


Giuseppe Calì, miet fil-Belt Valletta, fl-1 ta’ Marzu 1930, fl-età ta’ 84 sena.




 
 
 

Comments


Cultural © 2021 Daniel Mangion. Proudly created with Wix.com

bottom of page