Il-festa ad unur San Mikiel f’Ħal Lija
- Daniel Mangion
- Nov 24, 2021
- 2 min read
Ma’ dawk li jħobbu l-festi, ir-raħal ta’ Ħal Lija hu assoċċjat mal-arti piroteknika li ssir fil-festa tas-Salvatur, nhar is-6 ta’ Awissu. Pero fit-tfulija tiegħi, Ħal Lija kont nassoċċjah mal-bandli fejn kien joħodna missieri minħabba li hu dilettant tal-logħob tal-boċċi u mal-festa ħelwa li jsir f’Settembru.
Għal dawk li forsi qed isaqsu x’inhi r-relazzjoni bejn San Mikiel u l-festa ta’ Ħal Lija, kollox beda mit-twaqqif tal-Kumpless tan-nar li kien sewwasew biswit il-kappella ddedikata lil San Mikiel ġewwa Lija. Ma’ dawk li jħobbu l-festi, ir-raħal ta’ Ħal Lija hu assoċċjat mal-arti piroteknika li ssir fil-festa tas-Salvatur, nhar is-6 ta’ Awissu. Pero fit-tfulija tiegħi, Ħal Lija kont nassoċċjah mal-bandli fejn kien joħodna missieri minħabba li hu dilettant tal-logħob tal-boċċi u mal-festa ħelwa li jsir f’Settembru.

Dinn il-festa li jsir fit-3 Ħadd ta’ Settembru kienet tkun l-aħħar weekend qabel tibda l-iskola, u allura kienet tfisser l-aħħar mumenti tat-tgawdija qabel nirritornaw l-iskola. Minkejja li l-ġenituri tiegħi qatt ma kellhom karozza, minn Birkirkara konna mmorru għal din il-festa kull sena, u għadni niftakar mument partikolari meta waqt il-festa qabditna xita qawwija. Tkellimna mal-Kumpless tan-Nar ta’ Ħal Lija biex nitkelmu fuq din il-fiera.
“L-Għaqda tan-nar San Mikiel ilha mwaqqfa mil-1925 u kienet bdiet fil-post fejn nafuha illum… biswit il-kappella ta' San Mikiel li min hemm ħadet l-isem tal-patrun tal-Għaqda, San Mikiel. L-għaqda dak iż-żmien, kienet responsabbli mill-manutenzzjoni tal-kappella u tas-sagristija ddedikata lil dan il-patrun. Bħala festa fl-antik kienet tkun sempliċiment organizzata quddiesa f’nhar il-festa. Minn xi 43 sena ilu ‘l hawn bdiet tiġi organizzata fiera fuq jumejn fejn jkun hemm festa tipika Maltija bil-banda u l-logħob tan-nar. Fratellanza ad unur San Mikiel m’hemmx fil-knisja parrokkjali. L-Għaqda tan-nar tieħu ħsieb l-organizzazjoni ta' din il-festa ħelwa bi fjakkli, banda , logħob tan-nar tal-ajru u tal-art, stands ta’ ikel tipiku Malti u anke fiera.”
Minkejja li n-nies ta’ Ħal Lija jħobbu l-festa tas-Salvatur tant li jattendu bi ħġarhom għal festa tas-Salvatur, din il-fiera hi popolari man-nies ta’ Ħal Lija. Minn meta kont daqsxejn ta’ tfajjel għadni niftakar l-ammont kbir ta’ nies li kienu jmorru minkejja li kollox isir ħdejn din il-kappella li tinsab f’nofs it-telgħa għas-Simblija fl-inħawi tal-Iklin.
“Il-Lijani jkunu qed jistennew din il-festa li tiġi organizzata fit-tielet Ħadd ta ' Settembru u jikkonkorru għaliha numru sew ta' nies u anke dilettanti tan-nar minn madwar Malta.”
Sfortunatament din il-fiera ma saritx dawn l-aħħar sentejn minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19. Wieħed jittama li dak kollu li sar matul iż-żmien ma jintemmx ħesrem u allura nawguraw lil din l-għaqda biex terġa’ tibda ttella’ din il-festa tipika imma ħelwa ad unur San Mikiel. Fi kliemhom stess:
“Hemm pjanijiet li din terġa’ ssir is-sena d-dieħla b'mod festiv kif kien isir qabel. Hija ħaġa sabiħa li nfakkru l-festa tal-patrun tal-Ghaqda.”

Comentarios