L-Induratura
- Daniel Mangion
- Aug 18, 2021
- 1 min read
L-induratura hija sengħa essenzjali fil-festi tagħna il-Maltin. Il-proċess jibda billi l-ewwel idewwbu id-deheb (24 karat) u jagħmluh blokok żgħar. Wara jgħadduh minn rombli tqal li jagħfsu fuq il- blokka sa ma din tibqa tiċċattja u ssir qisha landa rqieqa. Imbagħad jagħmluh bejn saffi ta’ ġlud u jingħata daqqiet b’mazzez ta’ toqol differe

nti. Aktar ma tirqaq il-folja iktar tiħfief il-mazza, sakemm il-folja tad-deheb iġibuha ta’ daqs bejn wieħed u ieħor ta’ 25,000 millicroms ta’ pulzier. Imbagħad il-folja tad-deheb titwaħħal b’kolla jew ġibż, filwaqt li joqgħodu attenti li m’hemmx xquq. Fejn ikun hemm xi xquq isir irtokk b’aktar folji tad-deheb. Imbagħad jingħata kisja żebgħa speċjali li ma jkolliex żejt fiha. Wara li tinxef din iż-żebgħa tibda tinbarax fejn ikun hemm il-forma tad-deheb ħalli joħroġ id-disinn tal-induratura.

Comments