top of page
Search

Vara Titulari ta’ San Ġwann il-Battista tax-Xewkija

  • Writer: Daniel Mangion
    Daniel Mangion
  • Aug 31, 2021
  • 1 min read

Ix-Xewkija hu l-eqdem villaġġ ġewwa Għawdex u kien l-ewwel parroċċa li ġiet imwaqqfa ġewwa Għawdex wara r-Rabat fis-27 ta’ Novembru 1678.


Il-Knisja tax-Xewkija hi ddedikata lil San Ġwann il-Battista pero iktar hi magħrufa bħala r-Rotunda tax-Xewkija, fejn ġie kkonsagrata fl-1978. Il-festa tiġi ċċelebrata fl-24 ta’ Ġunju, id-data liturġika tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista.



Il-vara titulari hija xogħol l-iskultur Pietru Pawl Azzopardi fejn ġiet imnaqqxa fl-injam, preċiżament minn siġra tat-tut. Kien propju fit-22 ta’ Ġunju 1845 fejn il-poplu tax-Xewkija laqa’ din l-istatwa fejn inghatat merbħa mil-aqwa. Tajjeb li wieħed jgħid li din hi fost l-eqdem statwi ġewwa Għawdex, fejn infatti hi t-tieni l-eqdem vara titulari ġewwa Għawdex.



 
 
 

Comentarios


Cultural © 2021 Daniel Mangion. Proudly created with Wix.com

bottom of page